Mur għall-kontenut ewlieni
Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs
Stqarrija għall-istampa31 Marzu 2022Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

L-UE qed tfittex id-Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza 2023

Il-kompetizzjoni EDEN tippremja pijunieri tat-turiżmu żgħar u sostenibbli

Illum, il-Kummissjoni Ewropea tniedi l-kompetizzjoni Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza (EDEN) 2023. Din l-inizjattiva tippremja l-aqwa kisbiet fil-prassi tat-turiżmu sostenibbli u t-tranżizzjoni ekoloġika f’destinazzjonijiet aktar żgħar mal-Ewropa kollha.

Id-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza hija inizjattiva tal-UE, implimentata mill-Kummissjoni Ewropea. Il-mira tagħha hija li tirrikonoxxi u tippremja destinazzjonijiet aktar żgħar li għandhom fis-seħħ strateġiji b’suċċess li jagħtu spinta lit-turiżmu sostenibbli permezz ta’ prattiki ta’ tranżizzjoni ekoloġika. Il-kompetizzjoni hija msejsa fuq il-prinċipju tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli f’destinazzjonijiet li jagħtu valur lill-ekonomija, lill-pjaneta u lin-nies. Id-Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza 2022 attwali, Middelfart (id-Danimarka), isservi bħala d-detentriċi inawgurali ta’ inizjattiva ġdida u mtejba u bħala pijuniera ta’ turiżmu sostenibbli mal-Ewropa kollha. 

Sabiex jikkompetu għat-titlu tad-Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza 2023, id-destinazzjonijiet jintalbu juru l-aħjar prassi tagħhom fit-turiżmu sostenibbli u t-tranżizzjoni ekoloġika. Il-kompetizzjoni tkopri l-pajjiżi tal-UE kif ukoll pajjiżi mhux tal-UE li jieħdu sehem fil-programm COSME. L-applikazzjonijiet l-ewwel jiġu evalwati minn panel ta’ esperti tas-sostenibbiltà indipendenti. Fit-tieni pass, 3 bliet li jgħaddu għal-lista l-qasira jintalbu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom quddiem Ġurija Ewropea. Il-Ġurija Ewropea tagħżel rebbieħ wieħed, id-Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza 2023, li jitħabbar f’Novembru 2022.  

Id-destinazzjoni rebbieħa tiġi kklassifikata bħala pijunier tat-turiżmu sostenibbli b’impenn għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tingħata appoġġ espert fil-komunikazzjoni u l-branding fil-livell tal-UE tul l-2023.

Biex japplikaw, ir-rappreżentati tad-destinazzjoni huma mitluba jimlew formola online. Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet hija l-1 ta’ Ġunju 2022 fil-17:00 CET.

Għall-aħbarijiet kollha l-aktar riċenti żur is-sit web tad-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza.

Kuntatt 

Segretarjat għad-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza: Antigoni Avgeropoulou, %20infoatedensecretariat [dot] eu (info[at]edensecretariat[dot]eu), +49 (0) 30 70 01 86 390

Related posts from the blog