Mur għall-kontenut ewlieni
Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

Sib l-aħjar prezz għall-konsenja tal-pakketti tiegħek fl-UE

Wieħed mill-għanijiet tar-regolament dwar is-servizzi ta’ konsenja transfruntiera tal-pakketti huwa li tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet. Ir-regolament jirrikjedi li l-fornituri b’ 50 impjegat jew aktar, kif ukoll il-fornituri stabbiliti f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali rispettiva tagħhom bi prezzijiet domestiċi u transfruntieri għal massimu ta’ 15-il servizz bażiku ta’ konsenja tal-pakketti (f’ċerti każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jkunu użaw limitu ta’ 25 impjegat biex iqisu ċerti kundizzjonijiet f’pajjiżhom). Il-Kummissjoni tippubblika dawn il-prezzijiet hawnhekk. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tiġi aġġornata kull sena fil-31 ta’ Marzu.

It-tariffi huma l-prezzijiet pubbliċi li klijent irid iħallas għat-twassil ta’ oġġett wieħed domestikament jew f’pajjiż ieħor tal-UE. Jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-fornitur u f’listi ta’ tariffi pubbliċi tal-fornitur.

Ta’ min jinnota li l-prezz muri rrappurtat minn fornitur għal servizz ta’ konsenja tal-pakketti jista’ jinkludi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. F’ħafna każijiet, il-karatteristiċi ta’ servizz ta’ konsenja tal-pakketti jistgħu jvarjaw minn fornitur għal ieħor.

Il-prezzijiet ippubblikati huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar u jeskludu l-VAT. Jiġu rrapportati fil-munita lokali u f’euro. Ir-rata tal-kambju applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Marzu tintuża għall-konverżjoni għall-euro.

Problemi bil-konsenja transfruntiera?

Jekk int konsumatur u tiltaqa’ ma’ problemi b’konsenja transfruntiera tal-pakketti, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi lokali tiegħek għal parir.